Stampar mill-ġdid tal-Bibbja bil-Malti bl-ortografija l-ġdida

L-Għaqda Biblika Maltija qed tniedi l-istampar mill-ġdid tar-raba’ edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti bl-ortografija l-ġdida. Dan wara li l-edizzjoni oriġinali li ġiet ippubblikata s-sena li għaddiet kważi spiċċat.

L-edizzjoni l-ġdida tista’ tinkiseb mill-ħwienet tal-kotba fi żmien qasir jew mill-ħanut tal-kotba tal-Għaqda Biblika Maltija fil-Furjana.

Sadanittant l-istess Għaqda qed toffri korsijiet qosra fuq suġġetti bibliċi bejn Ottubru 2013 u Mejju 2014.

Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn www.maltabible.com/courses.htm.