Stampar ċcentralizzat għall-iskejjel kollha – ‘Inaċċettabbli’ tgħid l-MUT

Il-unjin tal-għalliema l-MUT sejjħet bħala inaċċettabbli l-estensjoni għall-iskejjel kollha tal-gvern, id-direttiva li l-istampar kollu irid isir fl-istamperija tal-gvern. L-MUT qalet li ‘…jidher ċar ukoll li dan hu każ ieħor fejn proġett pilota ma ġiex evalwat u minflok ser jiġi estiż bla ebda konsultazzjoni’ . L-MUT ilmentat li għal darb’oħra ma ngħatax widen għall-oġġezzjonijiet kollha li saru mill-edukaturi waqt li l-proġett kien qed ikun pilotat f’xi skejjel.

Il-unjin qalet li s-sistema li ser tkun qed tiġi implimentata ser ikollha impatt fuq l-awtonomija professjonali tal-edukaturi u l-iskejjel u ser titfa lil kulħadd f’sistema ta’ ipprintjar ċentralizzat. L-MUT saħqet li din id-deċiżjoni ser tkun ta’ piż kbir fuq l-edukaturi