Stallone investigat fuq reati sesswali

Il-prokura ta’ Los Angeles bdiet tinvestiga lill-attur Amerikan Sylvester Stallone dwar alleggat każ ta’ aggressjoni sesswali li ġie rrappurtat fl-2017 iżda sar fis-snin disgħin.

F’Diċembru tas-sena li għaddiet, l-avukat divensur ta’ Stallone, Martin Singer, kien qal li ser “jikkontestaw kategorikament din l-akkuża u huwa ċar li din il-mara marret tagħmel rapport għand il-Pulizija biex ikollha spazju fuq il-midja”.

L-avukat qal li lura fl-1987, Stallone kellu relazzjoni ma’ din l-allegat vittma waqt il-ġbid ta’ film f’Iżrael. Imma issa l-avukat spjega li l-attur ta’ Rocky u Rambo qed jikkunsidra serjament li jippreżenta ilment dwar dikjarazzjonijiet foloz.