Stalko jniedu t-tieni album

Il-band Maltija Stalko se tniedi t-tieni album tagħha nhar is-Sibt li ġej.
L-album A Long Wave Goodbye se jitnieda fil-Palace Theatre f’Raħal Ġdid.
Il-kanzunetti fl-album huma riżultat ta’ kollaborazzjoni kreattiva tat-tliet membri tal-band. Il-vjolinista Chris Cini, il-kantant u l-pjanista Tim Ellis u l-kantant, kittarrista u pjanista Michael Stivala.
Huma rrekordjaw il-kanzunetti tagħhom bl-għajnuna tal-producer David Vella.
L-ewwel album tagħhom, Grandiloquence tnieda fl-2012.
Il-biljetti għal nhar is-Sibt jistgħu jinxtraw onlajn.