Stalel irjali jieħdu n-nar f’Turin

Vigili del Fuoco/Handout via REUTERS

Qabad nar fi stalel irjali f’Turin.

L-istalel Cavallerizza Reale, li huma sit storiku rikonoxxut mill-UNESCO, sofrew xi ħsarat fis-saqaf. In-nar dam jaqbad daqs sagħtejn, u eventwalment ġie kkontrollat minn 6 gruppi ta’ uffiċjali tal-protezzjoni ċivili Taljana. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

L-awtoritajiet qalu li ma jafux il-kaġun tan-nirien.

L-istalla kienet tal-familja Savoy li kienu jmexxu ir-reġjun tal-Piedmont fis-sekli 17 u 18. Huma saru l-familja rjali tal-Italja wara l-unifikazzjoni tal-pajjiż.