Stajt ġejt f’pożizzjoni li nagħżel bejn il-funeral ta’ missieri u l-Parlament – Vassallo

Read in English.

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo esprima r-rabja tiegħu fil-Parlament, minħabba li waqt il-funeral ta’ missieru tlaqqa’ l-Parlament, meta ma kienx hemm urġenza għal dan.

Dalgħodu, il-Kamra tar-Rappreżentanti esprimiet il-kondoljanzi lid-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo għat-telfa ta’ missieru Salvu Vassallo. Vassallo qal li b’dispjaċir jgħid li waqt il-ħin tal-funeral ta’ missieru, tlaqqa’ l-Parlament u seta’ tpoġġa f’sitwazzjoni fejn kellu jitlaq mill-funeral biex imur il-Parlament. Huwa qal li meta kien ikun hemm ħanut nies u jasal il-ħin għall-Parlament jew għas-seduta tal-kunsill lokali, missieru kien jgħidlu, “Mur, tħallix lin-nies jistennew.” Bl-istess mod, hu kien qed jistenna li peress li ma kienx hemm urġenza, l-istanding orders kellhom ibaxxu rashom b’rispett lejn missieru.

Temm jgħid li dan kien diżrispett kbir lejh u li jalla li din l-esperjenza ma jgħixha ħadd.