Stair lift minflok lift fuq in-Nikolaos – CRPD

Read in English.

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) qalet li l-vapur Nikolaos li qed jinkera b’mod temporanju mill-Gozo Channel għandu stair lift imma mhux lift.

Kelliema għas-CRPD qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-kumpanija Gozo Channel infurmat lill-membri tagħhom dwar l-aċċessiblità tan-Nikolaos. Qalet li “l-vapur huwa mgħammar bi stair lifts mill-garaxx għan-naħa ta’ fuq tal-vapur għal min għandu nuqqas ta’ mobilità.” It-tliet vapuri l-oħra tal-Gozo Channel kollha għandhom lifts li jesgħu madwar tmien persuni.

Kelliem għall-Ministeru għal Għawdex ikkonferma wkoll ma’ Newsbook.com.mt li n-Nikolaos għandu stair lift minflok lift.

Dwar in-Nikolaos, is-CRPD qalet li l-unika diffikultà hi f’każ ta’ siġġu tar-roti mekkaniku għax il-vapur m’għandux lift li jista jtella’ n-nies fil-lounge area. Il-kelliema żiedet tgħid li l-Kummissjoni hija nfurmata li l-vapur qed jintuża b’mod temporanju.

Intqal ukoll li fuq il-vapur hemm priority lane għal min għandu l-Blue Badge jew Special ID. Hemm ukoll evacuation chairs “bħala miżuri għas-saħħa u s-sigurtà. “

Fost il-kummenti tan-nies dwar ir-raba’ vapur, kien hemm diversi persuni li qajjmu t-tħassib tagħhom dwar in-nuqqas ta’ aċċessibilità tiegħu.

Meta Nikolaos wasal iċ-Ċirkewwa għall-ewwel darba, Caruana qalet li flok żewġ vapuri, l-iskeda l-ġdida tas-sajf tal-Gozo Channel se tiġi operata bi tliet vapuri filwaqt li vapur ieħor ikun iddedikat għall-vetturi kummerċjali.

Skeda ġdida tal-vapuri mit-Tnejn; żieda ta’ 16-il vjaġġ

Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li se tkun qed topera bi skeda ġdida tas-sajf mit-Tnejn 17 ta’ Ġunju. Din l-iskeda se tara żieda ta’ madwar 16-il vjaġġ, tmienja minn kull naħa meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Il-Ministru tagħmilha ta’ kaptan tar-raba’ vapur; ġurnalisti l-art

Tista’ terġa’ tara l-filmati tal-wasla tan-Nikolaos fiċ-Ċirkewwa minn hawn.