Stabbiliment jieħu n-nar fin-Naxxar

Google Maps

Nirien ħakmu stabbiliment fin-Naxxar dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Vjal il-21 ta’ Settembru fl-10.35am. Il-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien fejn għal xi ħin ingħalqet iż-żona tal-madwar.

Skont il-Pulizija rriżulta li n-nirien kienu bdew miċ-ċumnija tal-istabbiliment. Ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident. Filwaqt li issa ż-żona issa tinsab lura għan-normal.