St Lucia jegħlbu liċ-Champions Valletta FC

Spikkat il-logħba bejn Valletta FC u St Lucia Fc, waħda mill-ewwel logħbiet tal-Premier League Malti. Ir-rebbieħa tal-league tal-istaġun li għadda fallew milli jissiġillaw l-ewwel rebħa tagħhom kontra St Lucia.

Mas-sitt minuta kien Souza deGomes li sab ix-xibka għal St Lucia. Valletta għamlu l-gowl tad-draw sitt minuti biss wara, b’gowl ta’ Fontanella. Kienu biss sitt minuti wara li St Lucia marru fuq quddiem permezz ta’ Tachikawa. Lejn l-aħħar ta’ l-ewwel taqsima, St Lucia rnexxielhom jiskurjaw it-tielet u l-aħħar gowl tagħhom.

Lejn l-aħħar tal-logħba, Nwoko rnexxielu jiskurja t-tieni gowl għal Valletta, iżda ma kienx biżżejjed biex tal-inqas iġibu d-draw.

Riżultati oħra:

Gżira United  0 – 0 Hamrun Spartans FC

Sirens FC 1 – 1 Senglea Athletic

Birkirkara FC 0 – 1 Floriana FC