Sri Lanka: Jiftħu l-iskejjel imma jirrenja l-biża’ ta’ attakk terroristiku ieħor

Reuters

L-iskejjel fis-Sri Lanka reġgħu fetħu llum avolja għad hemm biża’ kbir fil-pajjiż wara l-bombi ta’ Ħadd il-Għid. Ħafna ġenituri għażlu li ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola għax qed jibżgħu li jkun hemm iżjed attakki mill-militanti Iżlamiċi.

Min hu Zaharan, il-wiċċ wara l-attakki fis-Sri Lanka?

Ġimagħtejn wara l-bombi li splodew fil-lukandi u fl-iskejjel u qatlu 257 persuna, is-suldati daru l-iskejjel biex jaċċertaw ruħhom li huma siguri lbieraħ, wara li l-istituzzjonijiet governattivi ntalbu jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Għalissa qed isiru lezzjonijiet biss lil tfal kbar, it-tfal iżgħar għandhom jirritornaw l-iskola iżjed tard.

6 itfal fost 15-il persuna maqtula fi ġlied fi Sri Lanka

Minkejja s-sigurtà retta, ħafna klassijiet kienu kważi vojta. L-iskejjel privati u l-istituzzjonijiet Kattoliċi ma fetħux.