Sqallija: Tarbija l-isptar wara li kielet id-droga

Unsplash

Il-Pulizija fi Sqallija qed jinvestigaw każ ta’ tarbija ta’ 18-il xahar li kielet il-ħaxixa u l-kokaina.

It-Tnejn, it-tifel beda jħossu ma jiflaħx u l-ġenituri tiegħu ħaduh l-Isptar Buccheri La Ferla f’Palermo u aktar tard ġie trasferit fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fi sptar tat-tfal. Il-kundizzjoni tat-tifel tjiebet ilbieraħ u ġie trasferit f’sala oħra.

Missier it-tarbija qal li ibnu sab id-droga fit-triq u tefagħha f’ħalqu. Tfittxija fid-dar tal-koppja rriżultat fin-negattiva għax ma nstabet l-ebda droga.