Sqalli jipprova jdaħħal 4kg kannabis f’Malta

Sqalli ta’ 49 sena jinsab akkużat li pprova jdaħħal f’Malta erba’ kilogrammi ta’ kannabis.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda meta l-Isqalli kien abbord il-vapur li telaq minn Pozzallo fi Sqallija. Id-droga nstabet moħbija fil-karozza tal-akkużat mal-wasla tiegħu f'Malta.
Quddiem il-Maġistrat Carol Peralta, ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Madanakollu għadu qed jinżamm arrestat.