Sqalli jinżamm arrestat fuq traffikar tad-droga

Sqalli ta’ 33 sena nżamm taħt arrest wara li nhar it-Tnejn li għadda allegatament daħħal f’Malta 3 kilogrammi tal-kannabis.
L-iSqalli, li hu residenti San Ġiljan, qed ikun akkużat bi traffikar u pussess tal-kannabis u anke li kellu fuqu l-kokaina.
L-investigazzjoni tal-pulizija bdiet f’Diċembru li għadda.  Seba’ Sqallin oħra tressqu l-Qorti b’rabta mad-droga.