Sptar tal-Médecins Sans Frontières fil-Jemen jintlaqat mill-bombi

Sptar immexxi minn Médecins Sans Frontières fil-Jemen intlaqat minn bombi u wassal biex mietu erba’ persuni u ndarbu għaxra oħra.
Dan seħħ hekk kif, mal-bomba, iġġarrfu partijiet tal-binja.
Skont l-Aġenzija Fides, il-vittmi aktarx jiżdiedu hekk kif jinħarġu dawk li ntradmu mit-tiġrif.
Pazjenti u ħaddiema ġew evakwati mill-bqija tal-isptar u ttieħdu fi sptarijiet fil-qrib.
L-istess sptar milqut kien intlaqat darb’oħra waqt din il-gwerra ta’ għaxar xhur, iżda minn meta daħlet l-organizzazzjoni mhux governattiva biex tmexxih seta’ jipprovdi servizzi ta’ emerġenza, maternità u ta’ salvataġġ.
Minn meta beda l-kunflitt, f’Marzu li għadda, timijiet mediċi raw iktar minn 20,000 pazjent tal-gwerra.