Sptar Kattoliku fl-Indja attakkat u vvandalizzat

Sptar Kattoliku f’Madhya Pradesh fiċ-ċentru tal-Indja safa fil-mira ta’ attakk oħrax minn estremistu Ħindu, aktar kmieni din il-ġimgħa li sawtu lill-ħaddiema fl-isptar u wettqu vandaliżmu u għamlu ħsara lill-proprjetà.
Grupp ta’ madwar 60 persuna waqqgħu l-ħajt li kien idawwar l-isptar Pushpa Mission fil-belt ta’ Ujjain meqjusa bħala benniena ta’ vjolenza kontra l-Insara. 
Id-Direttur tal-Isptar, Fr. Anthony Pulickamandapam, qal li l-estremisti marru b’bulldozer u armi ppuntati, ġarrfu l-ħitan li jdawru l-kumpless, u waqqfu xi ħwienet ta’ kafkaf biex juri li l-art hi tagħhom.
“Il-ħaddiema tagħna fl-Isptar fosthom sorijiet Kattoliċi li ppruvaw jirreżistu għal dan l-attakk sfaw imsawta u kellhom jaħarbu mill-post minħabba s-sigurtà tagħhom.
L-estremisti kissru wkoll ġeneratur li kien jipprovdi l-elettriku u qatgħu l-provvista tal-ilma u poġġew fil-periklu  l-ħajja ta’ madwar 200 pazjent, fosthom 12 li kienu fit-taqsima tal-kura intensiva.”
Id-Direttur tal-Isptar żied jispjega li l-isptar ilu jiffaċja problemi sa minn Jannar li għadda meta l-assistent personali tal-membru parlamentari tal-lokal qal li l-art quddiem l-isptar kienet proprjetà tiegħu u li l-Kunsill Lokali kien għadda din l-art lill-isptar biex isservi bħala parkeġġ.
Fis-27 ta’ Jannar, membri tal-Partit Ħindu Bharatija Janata, li jinsab fil-Gvern, ippruvaw jieħdu f’idejhom din l-art u b’riżultat ta’ dan, l-isptar fetaħ kawża quddiem il-Qorti.
Fit-2 ta’ Frar il-Qorti Superjuri ta’ Madhya Paradesh, ħarġet mandat biex kollox jibqa’ kif kien sakemm tinstama' u tkun deċiża l-kawża u l-kawża ntbagħatet quddiem Qorti oħra biex ikun investigat il-każ.
L-Isqof Sebastian Vadakkel qal li fit-8 ta’ Marzu l-Qorti neħħiet il-mandat ta’ inibizzjoni għax l-investigazzjonijit kienu mexjin b’mod paċifiku.
L-attakk fuq l-isptar fit-12 ta’ dan ix-xahar sar jumejn wara li l-awtoritajiet tal-Knisja talbu mandat ieħor ta’ inibizzjoni. Hu qal li l-ħaddiema tal-isptar baqgħu skantati kif il-Pulizija m'għamlu xejn, anzi rrifjutaw li jwieġbu s-sejħa għall-għajnuna li saritilhom meta beda l-attakk.
Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Leo Cornelio ta’ Bhopal qal li l-attakk kien parti minn pjan sistematiku biex iġib disgwid u vjolenza fost il-komunità.
Hu appella lill-Gvern biex jarresta lill-min wettaq l-attakk immedjatament.
Il-Puspha Mission Hospital infetaħ fl-1 ta’ Diċembru 1974, fi żmien meta l-villaġġi u l-postijiet rurali tal-belt ta’ Ujjain, ma kellhomx aċċess għal servizzi mediċi.
L-isptar Kattoliku għandu 200 sodda u diversi dipartimenti fosthom dawk tal-kiruruġija, psikjatrija, ġinekoloġija, dentistrija, ortopedija u oftalmoloġija. 
L-isptar iservi l-aktar lil nisa, tfal u l-foqra.  Fl-isptar jitwieldu madwar 400 tarbija kull xahar.