Sptar ġdid fiż-Żejtun flok is-St James f’Ħaż-Żabbar

Illum waranofsinhar il-Bord tal-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ddeċieda li t-Tabib Josie Muscat jista’ jibni sptar ġdid flok dak li għandu f'Ħaż-Żabbar.
Ir-raġuni hi li minħabba ċ-ċokon tiegħu, dak f'Ħaż-Żabbar ma kienx qed ilaħħaq maż-żieda fil-pazjenti. 
L-isptar se jinbena madwar 120 metru fin-nofsinhar taz-Zona Industrijali ta’ Bulebel.
Se jkollu 61 sodda, teatri għall-operazzjonijiet, kamra mortwarja, kappella, awditorjum, kmamar għall-konsultazzjoni, spiżerija, canteen, uffiċċji u zona ta’ parkeġġ. 
Oriġinarjament, l-isptar kellu jsir ftit metri ‘l bogħod minn fejn ġie propost issa, iżda minħabba li nstabu fdalijiet arkeoloġiċi, kellu jsir bdil fiz-zona tal-proġett.