“Xerred l-imħabba kull fejn tmur; nibża’ mill-egoiżmu” – Massimiliana ta’ 103

Read in English.

Massimiliana De Martino titkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar kemm tibża’ mill-egoiżmu. Il-kwotazzjoni li tispiraha l-iktar hi dik ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta, li kienet tgħid – Xerred l-imħabba kull fejn tmur. Tħalli lil ħadd jiġi għandek u ma jitlaqx aktar ferħan. 

Massimiliana, hija waħda mill-preżentaturi ta’ Mid Morning Mag, programm li l-preżentatur ewlieni tiegħu huwa Colin Fitz. Jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa mill-10am sas-1pm.

Newsbook.com.mt:  Kieku kellek tibdel ismek u kunjomok x’tagħżel?

MassimilianaNagħżel li ma nibdilhomx 🙂

Newsbook.com.mt: Liema annimal tassoċja miegħek u għaliex?

MassimilianaNaħseb li l-kelb … għax huwa annimal soċjevoli

Newsbook.com.mt: Kulur favorit:

MassimilianaFuchsia

Newsbook.com.mt: Kwotazzjoni li ispiratek l-aktar:

Massimiliana“Spread love everywhere you go. Let no one ever come to you without leaving happier” – Madre Tereża

Newsbook.com.mt: Liema hu l-iktar Papa li nfluwenzak l-iktar f’ħajtek?

MassimilianaNaħseb li t-tliet Papiet li naf, it-tlieta li huma ħallew xi tip ta’ influwenza fuqi.

Newsbook.com.mt: Min xiex tibża’ l-aktar?

MassimilianaMill-egoiżmu

Newsbook.com.mt: Kanzunetta li tirritak l-aktar?

MassimilianaBħalissa ma nistax naħseb f’waħda…

Newsbook.com.mt: Oġġett li ma timmaġinakx tgħix mingħajru:

MassimilianaIl-karozza

Newsbook.com.mt: Karriera li verament tixtieq jew somma flus?

MassimilianaKarriera

Newsbook.com.mt: Għaliex 103?

Massimiliana: Għax stazzjon li joffri varjetà wiesgħa ta’ programmi