Spot, Snap and Win max-xarabank tal-BOV Club

Read in English.

Ix-xarabank tal-BOV Club beda jdur fit-toroq ta’ Malta bil-kuluri sbieħ tagħha. Inti rajtha? Meta taraha, kun żgur li tieqaf u tiġbed ritratt tagħha!

Il-Bank of Valletta nieda l-kompetizzjoni Spot, Snap u Win. Kull min jara l-BOV Club Bus huwa mistieden jieħu ritratt ta’ din il-karozza tal-linja, Għamel Like fuq il paġna uffiċjali tal-BOV fuq Facebook @BOVOfficial u ibgħatilna r-ritratt permezz ta’ messaġġ privat fuq din il-paġna. 5 Ritratti se jintgħażlu bix-xorti minn dawk kollha li nirċievu, u dawn il-5 rebbieħa jirċievu voucher ta ’€100 kull wieħed mill-Eurosport Malta.

Il-Kompetizzjoni Spot, Snap u Win se tibqa’ għaddejja sal-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru 2020. Il-kompetizzjoni tifforma parti mill-Kampanja BOV Club 2020, pakkett mimli benefiċċji, freebies u rigali ddisinjati speċifikament għall-istudenti li qed jimpenjaw ruħhom f’edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja.

It-termini u l-kundizzjonijiet tal-Kompetizzjoni jistgħu jinstabu fuq www.bov.com/content/ bov-club-bus-facebook-competition

Tista tissieħeb fil-BOV Club b’xejn. Studenti li qed jimpenjaw ruħhom f’edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja u li għadhom mhumiex membri jistgħu sempliċement jimlew din il-formola fuq https://www.bov.com/Assistants/learn-more-about-bov-club, iċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu imejl lil bovclub@bov.com biex jagħmlu appuntament ma’ wieħed mill-Ambaxxaturi tal-BOV Club.

Din is-sena, il-membri l-ġodda tal-BOV Club se jingħataw rigal ta’ €50 fi flus depożitati direttament fl-eAccount tal-BOV ġdid tagħhom li jistgħu jiġu ġestit onlajn minn kullimkien, u jgawdi minn rata ta’ imgħax ogħla minn kont normali tat-tfaddil. L-istudenti li huma diġà membri m’għandhomx bżonn iġeddu l-applikazzjoni tagħhom. Din l-offerta hija valida sal-31 ta’ Ottubru 2020 u l-ewwel stipendju għandu jidħol f’kont mal-Bank of Valletta sal-31 ta’ Jannar 2021. Aktar informazzjoni u termini u kundizzjonijiet huma disponibbli fuq https://www.bov.com/content/bov-club-benefits.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex twettaq in-negozju tas-servizzi bankarji u ta’ investiment skont l-Atti tas-Servizzi Bankarji u ta’ Investiment (Kap.370, 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).