SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports se jaħdmu id f’id għall-unuri

SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sports iffirimaw ftehim finanzjarju sabiex l-iSport Malta Awards jibqgħu jiġu organizzati b'mod konġunt għat-tliet snin li ġejjin.
Dan sar waqt serata li saret fi Sport Malta li fiha tħabbru l-finalisti għall-edizzjoni ta' din is-sena.
L-isportivi finalisti, li ġew magħżula b'votazzjoni mill-ġurnalisti sportivi membri fl-Għaqda Ġurnalisti Sports, tħabbru għall-ħdax-il kategorija differenti, li sebgħa minnhom se jiġu vvutati dak il-ħin stess waqt is-serata finali mill-ġurnalisti sportivi lokali li se jkunu preenti u se jkunu qeed jirrappreżentaw lid-diversi kmamar tal-aħbarijiet.
L-awards tradizzjonali ġew ikkonfermati u nsibu dawk ta' sportiv, sportiva, żgħazugħ, żgħażugħa, tim , kowċ, u uffiċjal tas-sena, bis-solitu rikonoxximenti jmorru għand l-atleti ta' Special Olympics Malta u l-avveniment tas-sena.
L-għażla tal-pubbliku u l-votazzjoni tar-rebbieħ/a għal din il-kategorija se ssir onlajn.
Is-semifinalisti kollha ġew ippreżentati b'ċertifikati ta' parteċipazzjoni.
Għażliet Sportivi Nazzjonali se jsiru nhar is-17 ta' Frar fis-Sala tal-Konferenzi ta' Dar il-Mediterran.
L-ewwel sportiv tas-sena kien Wilfred Pirotta fl-ewwel edizzjoni li saret fl-1960.
Ritratt: DOI – Clifton Fenech