Sport onlajn għall-ewwel darba f’Malta

Illum għall-ewwel darba f’Malta ġie mniedi s-settur tal-ESports.

ESports hija industrija tal-Gaming fuq l-internet, fejn diversi gamers jiltaqgħu u jikkompetu kontra xulxin. Barra minn Malta jiġu organizzati kompetizzjonijiet kbar fejn eluf ta’ nies jiltaqgħu biex isegwu lill-kompetituri waqt li jkunu qed jilagħbu kontra xulxin f’xi arena tal-gaming.

Il-Membru parlamentari, Silvio Schembri qal li l-Gvern se jinvesti fi strateġija biex is-settur tal-EGaming jikber f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.

Is-CEO tal-group Eden Leisure, Simon Decesare qal li l-kumpanija kienet dejjem minn ta’ quddiem biex tintroduċi kunċetti ġodda bħalma hi ESports għal pajjiżna.

Ritratti: DOI Pierre Sammut