Sport ġdid permezz tad-drones?

Bosta jassoċjaw it-teknoloġija bħala xi ħaġa li maż-żmien qiegħda tgħażżen lill-bniedem.  Madanakollu lbieraħ, ġurnalisti Ingliżi flimkien ma’ oħrajn minn madwar d-dinja, kellhom l-opportunità li jsegwu tellieqa bid-drones fl-Istadju ta’ Wembley.
Hu mifhum li fiż-żmien qrib, l-ESPN, il-kumpanija li tmexxi bosta stazzjonijiet televiżivi sportivi, għandha l-ħsieb li tieħu dan il-proġett ġdid b’serjetà u tkabbar il-popolarità ta’ dan l-isport hekk kif ħafna dilettanti qed jinteressaw ruħhom.
Il-ġurnalisti preżenti stqarru li t-tiġrijiet kienu jaħarqu avolja kienet diffiċli biex jaraw fejn kienu d-drones. Biex isegwu aħjar, użaw headsets bl-isem ta’ FPV (First Person View) biex b’hekk jaraw filmat mill-kameras li twaħħlu ma’ quddiem tad-drones.
Iżda minħabba li qtugħ fil-filmat, ingħataw tablets sabiex isegwu t-tellieqa aħjar.
Minjaf forsi fil-futur Wembley u stadji internazzjonali oħrajn ikunu mimlijin, biex isegwu dan l-isport ġdid?