Sports Direct se jiftaħ Malta?

Skont dikjarazzjoni mhux uffiċjali jidher li Sports Direct se jkun qed jiftaħ ħanut f’Malta.

Skont is-sit Lovin Malta, il-ġimgħa li għaddiet Sports Direct fetħet kumpanija f’Malta u ġiet irreġistrata bħala Sportsdirect.com Malta Limited fl-Imrieħel.

Din il-kumpanija fetħet il-bibien tagħha fl-1982 b’ħanut f’Maidenhead. Matul iż-żmien din il-kumpanija kompliet tikber u fl-2006 qabżet lil JJB Sports.