Sponsorship minn Transport Malta għal ‘Ġensna’

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi kkonferma fil-Parlament li Transport Malta għamlet reklami edukattivi waqt ir-rock opera ‘Ġensna’.
Ma weġibx madankollu għal parti mill-Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, dwar għal kemm kien jammonta l-isponsorship minn din l-entità tal-Gvern u jekk dan ġiex approvat mill-Bord ta’ Transport Malta.
Il-Ministru qal biss li “Transport Malta tagħmel kampanji edukattivi u waqt il-produzzjoni, li attirat eluf ta’ nies, saru spots edukattivi bħala parti minn kampanja li kienet għaddejja dak iż-żmien”.