Spnott bil-lumi u l-kappar

Ingredjenti

4 filletti tal-ispnott ta’ 100g

4 mgħaref żejt taż-żebbuġa

qoxra maħkuka ta’ lumija

2 mgħaref meraq tal-lumi

2 mgħaref kappar

2 kuċċarini mustarda

2 mgħaref tursin imqatta’

Metodu

Lesti d-dressing: Ħallat 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa mal-meraq tal-lumi u l-qoxra maħkuka tal-lumija, il-mustarda, bżar u melħ u mgħarfa ilma.

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F).

Iksi tilar tal-forn b’karta strazza, poġġi l-ħut bil-qoxra ’l fuq u ppinzella bil-kumplament taż-żejt. Ferrex ftit melħ oħxon fil-wiċċ.

Sajjar fil-forn madwar 7 minuti sakemm meta tmissu b’sikkina bħal jitfarrak.

Poġġi l-ħut fuq il-platti li se sservi fuqhom u b’imgħarfa ferrex id-dressing. Fl-aħħar nett  roxx it-tursin.