Splużjonijiet ikkontrollati jwaqqgħu il-fdalijiet ta’ pont fl-Italja

Controlled explosions demolish two of the pylons of the Morandi bridge almost one year since a section of the viaduct collapsed killing 43 people, in Genoa, Italy June 28, 2019. REUTERS/Massimo Pinca

Sitt sekondi ta’ splużjonijiet ikkontrollati farrku l-fdalijiet ta’ pont fil-belt ta’ Ġenova li tinsab fit-Tramuntana tal-Italja. Dan se jħalli lok sabiex il-pont jerġa’ jinbena mill-ġdid wara li meta ġġarraf is-sena li għaddiet qatel 43 persuna.

Splussivi waqqgħu iż-żewġ torrijiet li kienu jagħmlu parti mill-pont Morandi filwaqt li kanuni sparaw l-ilma lejn it-tiġrif sabiex jiġi evitat li l-isħaba tat-trab taħkem il-belt.

Il-pont ikkollassa fl-14 ta’ Awwissu waqt li kienet nieżla xita qawwija. Dan wassal sabiex għexieren ta’ karozzi jaqgħu mal-50 metru għoli. L-inċident kien ħoloq diffikultajiet kbar fl-operat tal-port ta’ Ġenova filwaqt li mblokka numru ta’ toroq mal-madwar.