Splużjonijiet fl-Iraq iħallu tal-inqas 59 persuna mejta

Fil-belt kapitali tal-Iraq Bagdad seħħew sensiela ta’ splużjonijiet fiż-żoni tax-Shia li ħallew tal-inqas 59 persuna mejta. Dawn l-attakki kienu jinkludu numru ta karozzi-bombi kif ukoll bombi suwiċida. Fil-mira tagħhom kien hemm swieq, ristoranti kif ukoll żoni ċentrali oħra li fihom jinġabru ħafna nies fil-ħinijiet ta’ filgħodu.
Din tal-lum kienet l-aktar ġurnata imdemmija fl-Iraq għal dawn l-aħħar sitt xhur u ħabtet mal-għaxar anniversarju mindu l-forzi Amerikani kienu bdew l-invażjoni tagħhom fl-Iraq u li wasslet għall-waqa’ mill-poter ta’ Saddam Hussein.

Il-vjolenza fl-Iraq kienet qed tonqos sa mill-2006 madankollu attakki bil-bombi għadhom komuni.