Ritratti u filmat: Inkjesta dwar l-isplużjonijiet f’Ħal Luqa

Read in English.

Se tinfetaħ inkjesta dwar l-isplużjonijiet li nstemgħu f’Ħal Luqa matul il-lejl.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12am f’fabbrika fi Triq l-Ingieret, li tiġi f’Ħal Luqa. Il-fabbrika hija tal-Edible Oil, u ilha ma topera għal ħafna snin.

Ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident, u kien hemm il-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija tad-Distrett fuq il-post.

L-isplużjonijiet instemgħu minn għadd ta’ lokalitajiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta inkluż il-Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Ħaż-Żabbar, l-Imqabba u l-Fgura.

Filmat: Daniel Borg