Splużjoni tal-gass f’San Pawl il-Baħar; raġel l-isptar

Raġel ta’ 63 sena weġġa’ fi splużjoni tal-gass f’San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-3.15 pm fi Triq il-Mosta. Jidher li r-raġel mill-Bulgarija biddel xi ċilindru tal-gass u mar iqabbad il-forn. Kien hemm xi gass fl-arja li sploda meta pprova jagħmel dan.

Il-Bulgaru weġġa’ u nkisret ukoll tieqa. Xi ħġieġ spiċċa fit-triq.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.