Splużjoni ta’ fabbrika tan-nar fl-Italja tħalli seba’ persuni mejta

F’Bari, seba’ persuni mietu fi splużjoni ta’ fabbrika tan-nar.
L-isplużjoni seħħet il-Ġimgħa għall-ħabta ta’ nofsinhar meta fil-fabbrika kien qed jinħadem logħob tan-nar b’rabta ma’ diversi festi li jiġu ċċelebrati f’dawn iż-żminijiet fir-reġjun ta’ Puglia.
Kawża tal-isplużjoni, il-fabbrika ġġarrfet għal kollox, u sa siegħa wara kien għad hemm xi splużjonijiet oħra żgħar.
S’issa in-numru tal-vittmi huwa ta’ sebgħa iżda hemm numru ta’ persuni oħra f’qagħda gravi u bi ħruq estensiv.