Splużjoni ta’ bomba fil-Pakistan tħalli mill-inqas 45 persuna mejta

Fil-Pakistan, millinqas ħamsa u erbgħin persuna nqatlu fi splużjoni bomba fil-belt kapitali Karachi. L-isplużjoni partikolarment fir-raħal ta’ Abbos ġabet fix-xejn diversi binjiet, filwaqt li n-nirien ħakmu diversi binjiet oħra.

Sa issa, l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk li twettaq qrib moskea, hekk kif grupp ta’ persuni li kienu qed jitolbu aktar qabel, kienu għadhom kif ħallew il-post.

Hu mifhum li madwar 150 persuna oħra ndarbu f’din l-isplużjoni, bil-Pulizija għadha qed tinvestiga l-post fejn l-isplużjonijiet kienu qed ikunu pjanati jew saħansitra jekk dan l-attakk kienx wieħed suwiċida.