Splużjoni qawwija barra l-Ministeru f’Bengażi

Splużjoni qawwija llum heżżet il-bini tal-Ministeru Libjan għall-Affarijiet Barranin f’Bengażi.  Skont xi nies li kienu fl-akwati, l-isplużjoni kienet ikkawżata minn karozza bomba.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-bini tal-ministeru ġarrab diversi danni fil-waqt li għadu mhux magħruf in-numru ta’ vittmi.

Wara din l-isplużjoni, il-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet u ħabbar li barra l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi Tripli, instabet bomba oħra imma ġiet diżattivata.

Bħal-lum sena jaħbat l-ewwel anniversarju minn meta sar attakk fuq il-Konsulat tal-Istati Uniti f’Bengażi u kien miet l-ambaxxatur Amerikan Chris Stevens u erba’ amerikani oħra.