Splużjoni kbira fit-Turkija

Splużjoni qawwija ħasdet il-belt ta’ Diyarbakir fix-Xlokk tat-Turkija fl-inħawi residenzjali ta’ Baglar.
Din l-isplużjoni seħħet ftit jiem qabel ir-referendum dwar it-twessigħ tal-poteri tal-President Tork, Tayyip Erdogan, iżda l-awtoritajiet sa issa għadhom ma kkonfermawx kienx attakk premeditat, u jekk għandux x’jaqsam mar-referendum.
F’dan l-istess distrett residenzjali, f’Novembru li għadda karozza-bomba minn militanti suspettati mill-Partit tal-Ħaddiema Kurdi (PKK), ħasdet il-ħajja ta’ għexieren ta’ persuni.
Il-belt ta’ Diyarbakir hija l-akbar waħda f’din-naħa Kurda tal-pajjiż, u fiha l-PKK ilu issa aktar minn 30 sena jiġġieled kontra l-Gvern Tork favur aktar drittijiet għall-Kurdi fil-pajjiż, fosthom l-awtonomija.