Splużjoni Istanbul: 59 persuna arrestati

Il-Pulizija fit-Turkija żammew 59 persuna, li aktarx huma militanti tal-Istat Iżlamiku, responsabbli għall-isplużjoni li seħħet ilbieraħ għall-ħabta tal-10.20am, f'Istanbul.
22 proprjetà kienu attakkati fil-provinċji ta’ Sanliufa, Adana u Gazientep iżda mhux ikkonfermat li dawk arrestati għandhom rabtiet diretti mal-attakk.
Tal-inqas għaxar persuni, disgħa minnhom turisti Ġermaniżi, ġew identifikati mejta, u oħrajn li jinkludu turist Norveġiż u Peruvjan, ġew midruba.
Skont il-President Tork, Tayyip Erdogan, l-attakk seħħ minn persuna suwiċida, deskritt bħala Sirjan ta’ 28 sena.
Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru, Ahmet Davutoglu, stqarr li r-raġel jappartjeni mal-Istat Iżlamiku.