Splużjoni f’Texas tweġġa’ żewġ persuni

Żewġ persuni weġġgħu wara splużjoni oħra li seħħet f’Austin, Texas.
Din hija r-raba’ każ ta’ splużjoni hekk kif f’Marzu ġew irrappurtati tliet pakketti bomba li tħallew quddiem il-bibien tad-djar ta’ nies Afrikani Amerikna.
Kawża ta’ dawn il-pakketti bomba mietu żewġ persuni kif ukoll weġġgħu tnejn oħra.
Madanakollu l-Pulizija għadha ma kkonfermatx jekk il-każ partikolari hux relatat mal-attakki li seħħew qabel.
Il-Pulizija qed titlob lir-residenti kollha sabiex jibqgħu fi djarhom sakemm iż-żona tkun sikura.
L-isplużjoni seħħet ftit tas-sigħat wara li uffiċċjali ħabbru premju ta’ €81,527 ($100,000) għal min għandu xi informazzjoni dwar il-moħħ wara dawn l-isplużjonijiet.
Ritratt: Reuters