Filmat: Jaqa’ saqaf ta’ dar f’Tas-Sliema

Filwaqt li għall-ewwel, kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li seħħet splużjoni f’dar f’Tas-Sliema li wasslet sabiex jaqa’ s-saqaf tad-dar, mill-aħħar informazzjoni li daħlet lid-dipartiment jidher li l-isplużjoni qatt ma seħħet.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Protezzjoni Ċivili li spjega li l-inċident seħħ fis-12.50pm. Skont kelliema għall-Pulizija, id-dar tinsab fi Triq Santa Marija. Hi wkoll ikkonfermat li waqa’ saqaf fil-post, u li ma’ weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.

Skont sorsi l-post qiegħed fi stat perikoluż u għaldaqstant qed jintalbu sabiex ħadd ma jidħol fil-post għall-ebda raġuni.