Splużjoni fl-Iżvezja tħalli 25 persuna feruti

Splużjoni b’saħħitha fil-belt ta’ Linkoping fin-Nofsinhar tal-Iżvezja ħalliet 25 persuna b’feriti ħfief.

Il-Pulizija qalu li din l-ispluzjoni seħħet il-Ġimgħa u għadu mhux ċar x’kienet il-kawża ta’ din l-isplużjoni. Min-naħa tagħhom il-pulizija fetħu investigazzjoni kriminali dwar dan.

Kelliema għall-pulizija fl-Iżvezja qalet li ma kien hemm xejn jindika li din l-isplużjoni kellha rabtiet terroristiċi. Żiedet li min-naħa tagħhom jaħsbu li din l-isplużjoni seħħet barra u jidher li weġġgħu 25 f’feriti ħfief u ma miet ħadd.