Splużjoni fl-Ambaxxata Amerikana fil-Montenegro

Uffiċjali qalu li kien hemm splużjoni fl-Ambaxxata Amerikana fil-Montenegro.
Il-Gvern qal li aggressur mhux iddentifikat tefa’ splussiv fil-binja madwar nofsillejl, imbagħad qatel lilu nnfisu.
Qed jingħad li aktarx li l-isplussiv kienet bomba tal-idejn, għalkemm ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
S’issa ħadd ma qal x’seta’ kien il-mottiv.
Fil-Balkani ħafna nies għad għandhom l-armi mill-gwerrer tad-Disgħinijiet.
L-Ambaxxata u t-toroq tal-madwar għadhom magħluqin.
Montenegro sar pajjiż indipendenti fl-2006 u kien wieħed mill-pajjiżi ġodda li nħolqu wara li spiċċat Yugoslavia. 
Ritratt: Reuters