Splużjoni fil-Pakistan toqtol żewġ persuni

Pulizija Pakistana rrappurtat li militanti Talebani kienu l-moħħ ta’ l-isplużjoni ta’ bomba li laqtet konvoj f’isem kandidat ta’ partit favur is-sekularità għall-elezzjoni fil-Pakistan. Żewġ persuni inqatlu u sitta oħra indarbu fosthom il-kandidat innifsu li jinsab f’kundizzjoni stabbli.

Uffiċjal għoli tal-pulizija Pakistana qal li l-bomba laqtet il-konvoj ta’ Malik Adnan Wazir li huwa kandidat li qed jikkampanja fiż-żona ta’ Wali Noor għal-leġislatura tal-Pronviċja ta’ Khyber Pakhtunkwa għall-elezzjonijiet li ser isiru fil-ħdax ta’ Mejju.

Uffiċjal ieħor tal-pulizija Pakistana stqarr li żewġ karozzi ġew meqruda kawża tal-isplużjoni.