Splużjoni fil-Pakistan: 25 persuna jitilfu ħajjithom f’suq f’Peshawar

Mill-inqas 25 persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni li seħħet f’suq f’Peshawar li jinsab fil-Majjistral tal-Pakistan.

Hu rrapurtat li diversi oħra ndarbu f’din l-isplużjoni, li seħħet ġimgħa wara li seħħ attakk suwiċida doppju bil-bombi li ħalla mill-inqas tmenin persuna mejta fi Knisja.

Dan wara li fil-jum tal-Ġimgħa, inqatlu sbatax -il persuna oħra f’attakk bil-bombi fuq karozza tal-linja li kienet qed iġġorr il-ħaddiema tal-Gvern, qrib l-istess raħal ta’ Peshawar.

Il-Pulizija sostniet li l-isplużjoni tal-lum kienet ikkawżata minn karozza bomba. Ġurnal fil-Pakistan allega li l-Ministeru tas-Saħħa qal li l-għassa tal-pulizija f’Peshawar hi fil-mira ta’ dawn l-attakki.