Splużjoni fiċ-ċentru tal-Kajr taħsad il-ħajja ta’ 17-il persuna

People extinguish a fire from a blast outside the National Cancer Institute, Cairo, Egypt August 4, 2019. REUTERS/Shokry Hussien

17-il persuna inqatlu u 32 oħra ndarbu fi splużjoni li kien hemm qrib l-Istitut Nazzjoni tal-Kanċer fiċ-ċentru ta’ Kajru. Id-dettalji dwar dan ġew ikkonfermati mill-Ministru tas-saħħa Eġizzjan it-Tnejn filgħodu.

Stqarrija tal-Ministru tal-Intern Eġizzjan qalet li karrozza kienet qed tinstaq kontra t-traffiku, x’ħin ħabtet ma’ tliet vetturi oħra. Dawn il-ħabtiet wasslu għall-isplużjoni.

Il-Prosekutur Nazzjonali Eġizzjan qed jinvestiga l-kawża ta’ dan l-inċident. Sa issa ma’ kien hemm ebda stqarrija uffiċċjali mill-Gvern Eġizzjan dwar in-natura tal-isplużjoni u jekk kinitx attakk terroristiku.