Splużjoni fiċ-ċentru ta’ Ateni

Splodiet bomba barra l-uffiċini tal-Federazzjoni tan-negozju fiċ-ċentru tal-kapitali Griega Ateni.
L-ewwel rapporti juru li bl-isplużjoni nkiser il-ħġieġ tal-bini iżda ma kienx hemm midruba. Il-bomba kienet waħda bil-ħin u kienet f’backpack qrib l-entratura tal-uffiċċini, li jinsabu ftit biss ‘il bogħod mill-bini tal-Parlament fi Pjazza Syntagma.
Il-Pulizija qalet li nofsiegħa qabel l-isplużjoni, ġurnal lokali kien infurmat b’telefonata anonima.
L-attakki fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu jidher li twettqu minn gruppi ta’ ribelli tal-post.