Splużjoni fi skola reliġjuża fil-Pakistan tħalli seba’ mejta

Credit Radio Chinar _ via CDE

Splużjoni fi skola reliġjuża fil-belt tal-Majjistral tal-Pakistan ta’ Peshawar ħalliet mill-inqas seba’ min-nies mejta u weġġgħet 70 oħra, bosta minnhom tfal, skont uffiċjali tal-pulizija. 

L-inċident seħħ fil-Moskea ta’ Speen Jamaat, li sservi wkoll ta’ skola reliġjuża għat-tfal tal-post, fit-8.30 ta’ filgħodu ħin lokali t-Tlieta, skont l-awtoritajiet.

“Dan ma kienx attakk suwiċida, kien hemm splussivi miżmuma f’basket hemmhekk”, skont uffiċjal tal-pulizija li tkellem ma’ Reuters, fuq kundizzjoni ta’ anonimità, peress li ma kellux permess jitkellem mal-mezzi tax-xandir.