​Splużjoni f’ħanut f’Ħal Luqa

Splużjoni f’ħanut f’Ħal Luqa matul il-lejl li għadda, ma ħalliet ebda konsegwenza serja.
L-isplużjoni seħħet fi Triq Sant’Andrija ftit qabel is-2.00am. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, għalkemm il-ħanut ġarrab ħsarat estensivi.
Il-Pulizija marret fuq il-post u skont l-ewwel indikazzjonijiet, jidher li din l-isplużjoni kienet ikkawżata minn ċilindru tal-gass.
Residenti li joqgħodu fl-appartamenti ta’ fuq il-ħanut kellhom jiġu evakwati għal xi ħin.