Filmat: Splużjoni f’dar f’Ħal Qormi

Il-Pulizija qed tinvestiga splużjoni li seħħet illejla f’dar f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.15pm fi Triq Dun Ġwann Cilia. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li seħħet splużjoni.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni Ċivili li għenu biex jiġu kkontrollati n-nirien li bdew minn ġol-garaxx.

Barra r-residenza dehru biċċiet tal-għamara li ġarrbu ħsarat estensivi kawża tan-nar.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.