Splużjoni f’Copenhagen; it-tieni f’erbat ijiem

Reuters

Read in English.

Splużjoni f’Copenhagen għamlet il-ħsara f’għassa tal-pulizija llum.

Din kienet it-tieni splużjoni fil-belt kapitali Daniża f’erbat ijiem. Il-pulizija qalu fuq Twitter li ħadd ma weġġa’.

Nhar it-Tlieta, persuna weġġgħet ħafif meta kien hemm splużjoni oħra barra uffiċċju tal-Aġenzija Daniża tat-Taxxa. Il-pulizija qalu li dan kien attakk intenzjonat, iżda għadhom ma jafux jekk iż-żewġ każijiet humiex relatati.

Attakki serji jew vjolenti huma rari fid-Danimarka li tiftaħar bir-reputazzjoni tagħha ta’ sigurtà u tolleranza soċjali.