Splużjoni f’Baghdad; 18 mejta

Splużjoni f’Baghdad matul il-lejl li għadda ħalliet minn tal-inqas 18-il persuna mejta u darbet aktar minn 90 persuna.
Skont sors mill-Pulizija Iraqqina li tkellem ma’ Reuters, l-isplużjoni seħħet fid-distrett tal-belt Sadr.
Kelliem għall-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li l-isplużjoni ġiet kawża ta’ detonazzjoni ta’ ħażna ta’ splussivi.
L-isplussivi kienu qed jinżammu ġo Moskea. L-isplużjoni seħħet meta dawn kienu qed jiġu trasferiti mill-Moskea għal karozza fil-viċinanzi.
Aktar kmieni, sors ieħor mill-Gvern tal-pajjiż qal li l-isplużjoni kienet attakk terroristiku.
Ritratti: Reuters