Spjega bibblika tal-Evanġelju

Antonella Galea Loffreda dalgħodu fil-11.30am se tippreżenta edizzjoni oħra tal-programm Il-Kelma li għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI Media b’direzzjon ta’ Fr Louis Mallia mssp.

L-Evanġelju tal-lum se jittratta it-2 Ħadd tal-Għid fejn fl-istudjos ser naraw lil Marguerite  Agius u lil Emanuel Micallef. 

Fr Martin Micallef ofm cap ser jagħti spjega bibblika ta’ dan l-Evangelju. 

Fr Louis Mallia f’servizz irrekordjata se jitkellem dwar l-qaddisin li ser niċċelebraw din il-ġimgħa. 

Dan il-programm ġie rrikordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet mid-dipartiment tas-saħħa.  Il-Kelma nhar il-Ħadd 19 ta’ April fil-11.30 fuq ONE.