“Spija” Svizzeru arrestat fil-Ġermanja

Raġel Svizzeru kien arrestat fi Frankfurt fil-Ġermanja wara li kien hemm suspett li kien qed jispija.
Il-prosekuturi federali tal-Ġermanja qalu li r-raġel kien ilu suspettat li qed jaħdem għal servizzi intelliġenti ta’ pajjiż barrani mill-bidu tal-2012.
Rapporti jissuġġerixxu li r-raġel spija fuq investigaturi Ġermaniżi tat-taxxa.
Awtoritajiet tat-taxxa fil-Ġermanja, b’mod kontroversjali, xtraw CDs ta’ informazzjoni minn whistleblowers f’banek Żvizzeri sabiex jippruvaw jaqbdu residenti Ġermaniżi b’kontijiet tal-bank fl-Iżvizzera.
Din il-kwistjoni kkawżat nuqqas ta’ ftehim bejn il-Gvern tal-Iżvizzera u dak Ġermaniż.
L-Iżvizzera hi tal-fehma li persuni li jisirqu informazzjoni minn banek Żvizzeri jiżbaljaw.