Spija Amerikan inqabad qrib raffineriji taż-żejt fil-Veneżwela

Il-President tal-Veneżwela Nicolas Maduro qed jgħid li nqabad spija Amerikana qrib żewġ raffineriji taż-żejt fil-majjistral tal-pajjiż, fil-belt Falcon.


F’indirizz lin-nazzjon fuq t-televiżjoni, Maduro qal li r-raġel inqabad bl-armamenti u ammont kbir ta’ flus fuqu. Maduro qal li r-raġel kien qed iservi fil-marina Amerikana fil-bażi tas-CIA fil-Iraq.

L-Istati Uniti għada ma ħarġet l-ebda stqarrija uffiċjali fuq il-każ.