Spice Girls ma jimpressjonawx; Fans jitilqu ‘l barra f’nofs kunċert

Ritratt: Instagram

It-tour ta’ 13-il kunċert ta’ Spice Girls beda l-bieraħ filgħaxija litteralment fuq nota ħażina. Dan il-kunċert jfisser ir-ritorn tagħhom wara bosta snin u kien hemm aspettativa kbira għalih, bl-ewwel kunċert f’Dublin, fl-Irlanda.

Iżda dak li sabu ma’ wiċċhom il-58,000 fans li attendew għall-kunċert li erba’ mill-membri oriġinali, Emma Bunton, Geri Horner, Mel Brown u Mel C ippreżentaw.

Din kienet l-ewwel darba li dawn l-erba’ taw kunċert flimkien mis-sena 2000 ‘l hawn. U ċertament li għall-dawk li ħallsu bejn £66 u £146, is-serata ma żvolġietx kif suppost!

Ritratt: Intsagram
Ritratt: Intsagram

Uħud mill-messaġġi fuq il-midja soċjali

 

Dan għaliex dan l-ewwel kunċert kellu għadd kbir ta’ problemi tekniċi li wasslu lil dawk li attendew biex ikollhom problemi kbar biex igawdu dan il-kunċert tant mistenni. L-udjenza bdiet tbati biex tifhem dak li kien qed jitwassal minn fuq il-palk. Dawn il-problemi fis-sound ovvjament wassal għal frustrazzjoni kbira ma’ ħafna minn dawk li kienu preżenti.

Ritratt: Intsagram
Ritratt: Intsagram
Ritratt: Intsagram

 

Illum il-ġurnata bl-użu tal-meżżi soċjali, faċilment li jitwassalu l-messaġġi ta’ dak li jkun qed jiġri u hekk ġara l-bieraħ meta ħafna minn dawk li attendew il-kunċert bdew jilmentaw u saħansitra kien hemm min telaq il-barra.

Wara lbieraħ, Spice Girls issa jmisshom jagħtu kunċerti f’Cardiff, Manchester, Coventry, Sudnerland, Edinburgh, Bristol u Londra b’Jess Glynne bħala supporting act.

L-aħħar kunċert ta’ Spice Girls se jkun nhar il-15 ta’ Ġunju, iżda ħafna fans qed jittamaw li dak li seħħ il-bieraħ ma jirrepetix ruħu fil-kunċerti li jmiss.